Stramaccioni jew Pioli bħala coach ta' Fiorentina

    Jekk Stefano Pioli mhux ser jirnexxielu jilħaq ftehim biex itemm il-kuntratt ma' Inter, Fiorentina jistgħu jaħtru lil Andrea Stramaccioni.

    Hemm diversi rapporti li l-Viola għażlu lil Pioli biex jieħu post Paulo Sousa fl-istaġun li ġej.

    Pioli għandu klawsola fil-kuntratt ma' Inter li jekk jitkeċċa qabel is-sentejn, irid jitħallas is-salarju sħiħ sat-tmiem il-kuntratt, somma li tilħaq €1.8 miljuni. Minħabba li tkeċċa qabel, Inter qed jevitaw li jħallsu din is-somma u qed jippruvaw joffru kumpens minflok.

    Jekk in-negozjati bejn Inter u l-coach Pioli ser jitwalu, l-Viola huma disposti li javviċinaw lill-ex-coach ieħor ta' Inter, Stramaccioni. 

    Huwa jinsab bla club wara li mexxa lit-team Grieg ta' Panathinaikos.