Juża l-flus ta' mħatra biex jixtri defibrillaturi

    L-attakkant ta' Cagliari, Marco Borriello, rebaħ imħatra ma' sieħbu Christian Vieri li jiskorja aktar minn 15-il goal u uża l-flus biex jixtri defibrillaturi għal tliet ibliet.

    L-attakkant veteran ingħaqad ma' Cagliari fis-sajf li għadda u l-ex attakkant Taljan, Vieri, wegħdu li jħallaslu vaganza jekk jiskorja aktar minn 15-il goal f'dan l-istaġun.

    Meta għad fadal żewġ logħbiet mit-tmiem tal-kampjonat, Boriello skorja 16-il goal fis-Serie A minbarra erba' oħra fil-Coppa Italia.

    Boriello, ta' 34 sena, iddeċieda li juża l-flus mirbuħa b'mod għaqli u minflok mar vaganza, xtara tliet defibrillaturi, makna tax-xokkijiet tal-qalb, fejn tahom donazzjoni lill-bliet ta' Napli, Sardinja u dik ta' Norcia fejn kien seħħ terremot fl-2016.