Inter joffru lil Ivan Perisic lil PSG, Manchester United u Tottenham Hotspur

    Inter qed joffru lil Ivan Perisic lil PSG, Manchester United u Tottenham Hotspur iżda qed jitolbu s-somma ta' €50 miljun.

    In-Nerazzurri naqsu li jikkwalifikaw fil-kompetizzjonijiet Ewropej f'dan l-istaġun u keċċew lil coach Stefano Pioli.  

    Perisic mistenni li jiġi mibjugħ ħalli Inter ikollhom flus biex jakkwistaw players ġodda.

    Il-club Franċiż ta' PSG jinsab interessat fil-winger interazzjonali Kroat, iżda anke Manchester United u Tottenham Hotspur huma wkoll qed isegwu mill-qrib lil Perisic.