Real Madrid jikkunsidraw lil Piotr Zielinski

    Il-club Spanjol ta' Real Madrid qed jikkunsidra lil Piotr Zielinski ta' Napoli iżda l-coach Maurizio Sarri ma jridx jitlef is-servizz tal-midfielder Pollakk.

    Jidher li Zielinski attira l-interess tal-coach ta' Real Madrid, Zinedine Zidane, bil-wirjiet tiegħu dan l-istaġun.

    Il-player internazzjonali Pollakk, Zielinski ta' 23 sena ilu jilgħab fl-Italja mill-2011 meta kien jilgħab ma' Udinese u Empoli.

    Huwa ngħaqad ma' Napoli għal €14-il miljun fis-suq tat-trasferimenti fis-sajf li għadda.

    Zielinski skorja sitt goals f'45 logħba kompettitiva għal Napoli.