L-Istati Uniti tikkundanna pilota Ċiniż rigward titjira "nieqsa mill-professjoni"

    Żewġ ‘jets’ Ċiniżi wettqu interċezzjoni mal-ajruplan tal-Istati Uniti WC-135. 

    Skont ma qalet l-Istati Uniti wieħed mill-jets Ċiniżi avviċina lill-ajruplan tal-Istati Uniti f’manuvra nieqsa mill-professjonalità hekk kif skont ma kien rrapurtat jidher li l-jet għaddha biss madwar 45 m ‘il bogħod mill-ajruplan. Mhux Biss, l-Istati Uniti qed tikkundanna lill-pilota Ċiniż li saq b’veloċità eċċessiva u li saħansitra għamel rotazzjoni fuq l-ajruplan tagħha waqt li dan kien qiegħed fuq missjoni sabiex jinterċetta radjazzjoni fuq l-ibħra Ċiniżi.

    Iċ-Ċina minn naħa tagħha ma kkumentatx rigward dan, iżda akkużat lill-Istati Uniti li wettqet ammont ta’ titjiriet fuq il-kosta tagħha.