Mill-inqas persuna mejta u 13 oħrajn midrubin f'Times Square, New York

    Mill-inqas persuna mietet, u 13-il persuna oħra ndarbu meta karozza laqtet grupp ta’ persuni fuq bankina fil-pjazza popolari ta’ Times Square fil-belt Amerikana ta’ New York. Il-pulizija arrestaw lis-sewwieq tal-karozza.

    Ritratt li ttieħed minn persuna fuq il-post juri mara, apparentament mejta, mitluqa fuq il-bankina, b’wiċċha mgħotti. Filmati u ritratti fil-midja internazzjonali juru lill-vettura li baqgħet dieħla fuq bollards.

    S'issa għadu mhux magħruf jekk dan huwiex każ ta' terroriżmu.