Bil-filmat: Tifel ta' 13-il sena jispara u joqtol tifla ta' 12-il sena fuq Facebook Live!

     

    Dan il-filmat jaqbad il-mument drammatiku meta tifel ta’ 13-il sena aċċidentalment qatel tifla ta’ 12-il sena waqt li kien qed jilgħab b'arma tan-nar. L-inċident seħħ waqt li kienet għaddejja sessjoni ta’ Facebook Live.

    Jidher li t-tfal kienu qegħdin jilagħbu flimkien ma’ xi ħbieb minn tagħhom f’dar f’Santa Rosa de Calchines, fil-provinċja Arġentina ta’ Santa Fe meta seħħet it-traġedja.

    Fil-filmat it-tifel jidher jipponta s-senter ta’ missieru lejn it-tifla. Jidher li t-tifel ħaseb li s-senter ma kienx ikkargat, u fil-filmat jidher jagħfas il-grillettu għal diversi drabi.

    Madankollu, sekondi biss wara, jinstema’ l-ħoss ta’ sparatura. Il-midja Arġentina rrapportat li t-tifla mietet mal-isparatura.