Jinstabu fdalijiet tal-ajruplan li għeb fuq il-Bermuda Triangle

    Wara li nhar it-Tlieta li għadda ajruplan żgħir għeb waqt li kien qed jivvjaġġa fiż-żona mistkerrha tal-Bermuda Triangle, fl-aħħar sigħat l-awtoritajiet amerikani pubblikaw ritratti ta’ fdalijiet li aktarx huma tal-ajruplan involut fl-inċident.

    Abbord l-ajruplan kien hemm erba’ persuni, omm u żewġ uliedha u l-bdot.

    Il-fdalijiet, li nstabu madwar 15-il mil mill-kosta tal-Bahamas, jagħmlu parti minn magna użata fl-istess mudell tal-ajruplan li għeb nhar it-Tlieta li għadda.

    Ir-ritratti tal-fdalijiet kienu ppubblikati mill-Gwardja tal-Kosta Amerikana.