Koppja mhux miżżewġa mħaġġra għall-mewt fil-Mali talli kisret il-liġi Iżlamika

    Koppja mhux miżżewġa kienet imħaġġra għall-mewt fil-pubbliku fil-Mali. Dan kien l-ewwel inċident tax-xorta tiegħu mindu gruppi jihadisti tkeċċew mir-reġjun.

    Dawn il-gruppi kienu ħatfu l-kontroll tal-ibliet tat-Tramuntana tal-pajjiż f’Marzu tal-2012 u għalkemm kienu tkeċċew f’intervent militari mill-militar immexxi mill-Franċiżi fl-2013, il-preżenza tagħhom baqgħet tinħass b’attakki frekwenti fuq qawwiet domestiċi u barranin.

    Uffiċjal lokali qal li l-Iżlamisti ħaffru żewġ ħofriet fejn tefgħu lill-koppja qabel eventwalment ħaġġruhom. L-eżekuzzjoni seħħet f’Taghlit, fir-reġjun ta’ Kidal nhar it-Tlieta li għadda. L-istess uffiċjal qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP li l-pubbliku kien mistieden biex jipparteċipa f’dan l-att barbaru.