Pedoflu jgħid li qatel lil Madeleine McCann... "sabiex naħli l-ħin tal-pulizija"

    Pedofelu ddikjara li huwa qatel lil Madeleine McCann wara tentattiv sabiex jagħmel kuntatt mal-ġenituri tagħha.

    Aaron Collis, ex-impjegat mat-tfal ammetta 11-il akkuża ta’ abbuż sesswali fuq minorenni fl-2009, proprju sentejn wara li għebet iċ-ċkejkna McCann.

    Huwa beda websajt fejn fiha ddikjara li huwa fixkel lill-uffiċċjali waqt l-investigazzjonijiet tagħhom sabiex jaħlilhom il-ħin.

    Huwa qal li hu qatel liċ-ċkejkna Madeleine wara li raha fl-2007. L-ex-impjegat mat-tfal inqabad wara li kien sellef kamera tar-ritratti lill-wieħed mill-ġirien, l-istess persuna li kien żvela ritratti mhux xierqa fuq l-istess kamera.

    Meta mistoqsi għaliex għamel dan huwa wieġeb li kien għamel dan għax ħa pjaċir jaħli l-ħin tal-uffiċċjali u għadu sal-ġurnata tal-llum jidħak b’dak li għamel. Huwa qal li l-pedofeli għandhom ikunu rispettati aktar u trattati aħjar.