Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2017 - Imħabbar il-kontinġent Malti

    Ritratt: Dominic Borg

    Il-Kumitat Olimpiku Malti, ħabbar uffiċjalment il-kontinġent li se jirrappreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’San Marino, bejn id-29 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju, li ġej.

    Il-lista ta’ atleti ġiet mħabbra waqt il-konferenza stampa li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti fil-preżenza ta’ uffiċjali, atleti, coaches u membri tal-media.

    Il-president tal-Kumitat Olimpiku Malti, Julian Pace Bonello ser jakkumpanja lill-atleti, filwaqt li x-Chef de Mission ser jkun William Beck li kkonferma li Malta se tieħu sehem fi 12-il dixxiplina li jinkludu sparar bil-qaws, atletika, basketball, beach volley, boċċi (raffa), ċikliżmu, judo, sparar, għawm, table-tennis, tennis u volleyball. 

    B’kollox Malta se tkun rappreżentata b’total ta’ 88 atleta. Din is-sena Malta se tikkompeti fid-dixxiplini tal-isparar bil-qaws, il-boċċi u ċ-ċikliżmu –  il-kompetizzjonijiet fid-dixxiplini tal-golf u tal-ġinnastika din is-sena mhux se jsiru. L-atleti se jkunu akkumpanjati minn numru ta’coaches u kontinġent mediku.

    Id-Direttur Tekniku għal dawn il-Logħob, Mario Micallef stqarr li hu kunfidenti li l-kontinġent Malti huwa mħejji sew għal-Logħob. Hu wera t-tama li l-ammont ta’ midalji mirbuħa ser jaqbżu l-ammont miksub fl-Islanda sentejn ilu. Huwa sostna li l-fatt li t-eam Malti huwa rappreżentat fid-dixxiplini kollha, jixhed il-kunfidenza li l-Kumitat Olimpiku Malti għandu fit-tħejjija tal-atleti, u l-Federazzjonijiet rispettivi tagħhom, għal dawn il-Logħob.

    Fit-tmiem tal-konferenza, is-Sur Pace Bonello ippreżenta l-bandiera Maltija lil Charlotte Wingfield. Hi ser tkun qed iġġorr il-bandiera Maltija fic-ċerimonja tal-ftuħ li se ssir fil-ground ta’ San Marino, f’Serravalle, nhar it-Tnejn 29 ta’ Mejju. Wingfield, hija atleta Maltija li tgħix fir-Renju Unit u ħadet sehem f’numru sostanzjali ta’ kompetizzjonijiet barra minn pajjizna. 

    Hija rrappreżentat lil Malta fil-Logħob tal-Pajjizi Żgħar, fl-Islanda fl-2015, fejn rebħet żewġ midalji tad-deheb, il-Logħob Ewropew f’Baku, fl-2015, u l-Logħob Olimpiku f’Rio 2016.

    Il-lista sħiħa ta’atleti li ser jiffurmaw il-kontinġent Malti huma dawn:-

    Atletika – Luke Bezzina,  Matthew Croker, Charlton Debono, Ian Paul Grech, Daniel Saliba, Lisa Marie Bezzina, Francesca Borg, Sarah Busuttil, Mona Lisa Camilleri, Antonella Chouhal, Peppijna Dalli, Rachel Fitz, Janet Richard, Rebecca Sare, Roberta Schembri, Annalise Vassallo, Joanne Vella, Charlotte Wingfield

    Basketball - Hanna Al-Tumi, Maria Bonett, Samantha Marie Brincat, Elena Cassar, Christina Curmi, Stephanie De Martino, Christina Grima, Josephine Grima, Nicola Handreck, Gabriella Mifsud, Sarah Jayne Pace, Ashleigh Vella,

    Beach Volley – Dorianne Caruana Bonnici, Gertrude Zarb, Robert Balzan, Manuel Raffa 

    Boċċi (Raffa) – David Farrugia, Reno Farrugia, Stefan Farrugia, Giuseppe Gemelli

    Ċikliżmu– Etienne Bonello, Maurice Formosa, James Mifsud, Alexander Pettett, Patrick Scicluna, Stephanie Alden, Marie Claire Aquilina, Michelle Vella Wood

    Għawm -  Jeremy Bugeja, Andrew Chetcuti, Matthew Galea, Michael Stafrace, Mikhail Umnov, Thomas Wareing, Matthew Zammit, Mya Azzopardi, Francesca Falzon Young, Alexandra Mcgonigle, Amy Micallef, Leah Tanti

    Judo – Rodney Zammit

    Sparar– Gianluca Azzopardi Spiteri, Gianluca Chetcuti, William Chetcuti, Bozhidar Dimitrov, Clive Farrugia, Brian Galea, Francis Pace, William Vella, Eleonor Bezzina

    Sparar bil-Qaws – Daniel Schembri, Patrick Zammit

    Table Tennis – Viktoria Lucenkova, Jessica Pace

    Tennis – Matthew Asciak, Omar Sudzuka, Francesca Curmi, Elaine Genovese

    Volleyball -  Amanda Agius, Daniela Bonnici, Alison Borg, Lindsay Cordina, Maria Anne Costa, Isabel Cutajar, Sarah El Gasi, Marjoe Falzon, Thais Gatt, Zane Malasevksa, Francesca Sarcina, Sarah Spiteri