Passi kontra l-uffiċjal li mbotta ġurnalist

    Il-Ministru Konrad Mizzi ordna lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) biex tieħu passi dixxiplinarji kontra l-persuna li dehret timbotta lill-ġurnalist ta’ The Times, Jacob Borg.

    Waqt li ikkundanna l-aġir ta’ dan l-uffiċjal, li jaħdem mal-istess KSI, Mizzi qal li huwa nnota li membru fis-segretarjat privat tiegħu ipprova jferraq l-inċident.

    Mizzi irrimarka li għalkemm ma jaqbilx mal-argumenti tal-imsemmi ġurnalist jemmen li l-ġurnalisti għandom jitħallew jagħmlu xogħlhom u sostna li għalkemm ippressawh huwa qagħad għad-domandi kollha.

    L-inċident kien ikkundannat ukoll kemm mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) kif ukoll mill-PN.