"Ħadd m'għandu jiġi aggredit għax jagħmel xogħlu"

    L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) jikkundanna bla ebda riserva l-mod kif ġie aggredit ġurnalist li ftit tal-ħin ilu kien qed jipprova jieħu kummenti tal-Ministru Konrad Mizzi. 

    Il-ġurnalist, kif jixhdu l-filmati onlajn, kien aggredit minn persuna li kien qiegħed jakkumpanja lill-Ministru lejn il-karrozza ministerjali. 

    L-IĠM jiddikjara li meta l-ġurnalist jistaqsi jkun biss qed jagħmel xogħlu. Id-drittijiet tal-ġurnalisti qatt u qatt m'għandhom ikunu mittiefsa u mhedda, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi.