Il-pont tal-imrieħel se javvanza għal fażi oħra

    Preparamenti għall-installazzjoni tal-pont tal-Imrieħel

    Transport Malta ser tinstalla l-pont tal-Imrieħel fil-jiem li ġejjin.  Dallejl bejn is-2.00 u l-5.00 ta’ filgħodu tas-Sibt, ser jitneħħew strutturi bejn Ħal Far u l-Imrieħel bi preparamenti għal ġarr tal-pont bejn dawn iż-żewġ lokalitajiet.  Matul dawn it-tliet siegħat billejl, il-karozzi fi Triq Aldo Moro l-Marsa ser jgħaddu minn Triq Trou Bridge u Triq Prinċep Albertu.

    Il-ġarr u t-tqegħid tal-pont ser isiru fil-ġranet li ġejjin.  Aktar informazzjoni tingħata aktar tard.

    Filwaqt li TM tiskuża ruħha għal kull inkonvenjenza, nappellaw lis-sewwieqa biex isibu toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali.