L-attakk fuq il-kowċ ta' Borussia Dortmund... persuna suspettata li riedet biss flus!

    Il-pulizija fil-Ġermanja qed iżomm taħt arrest is-suspettat wara l-attakk fuq il-kowċ ta’ Borussia Dortmund.

    Skont investigazzjonijiet li saru rriżulta li aktar milli b’rabta mar-reliġjon, l-intenzjonijiet tiegħu kienu li ladarba l-investimenti fit-tim jitbaxxew, hu kien jagħmel kemxa flus ġmiela.

    Minkejja li għall-ewwel dan kien maħsub li huwa attakk terroristiku b’rabta mal-Istat Iżlamiku, anke minħabba xi nota qarrieqa li nstabet viċin il-kowċ, issa kollox qed jindika li l-ħsieb kien li dan ir-raġel jaqla’ l-flus kawża ta’ żbilanċ fil-borża ta’ Dortmund.

    Is-suspettat allegatament xtara ishma li jiswew €78,000 u lagħab li dawn kienu se jonqsu drastikament wara l-attakk, ovvjament bi qligħ.

    Infatti il-valur tal-borża ta' Dortmund tbaxxa wara l-attakk għalkemm kien hemm moviment minimu wara li dan ġew eliminati miċ-Champions League.