"Tal-bieraħ kien kolp ta' stat"...allegazzjoni ta' Salvu Mallia

    Salvu Mallia b'allegazzjonijiet serji u jisfida l-Prim Ministru

    "Dak tal-bieraħ kien kolp ta' stat". Hekk allega il-kandidat Nazzjonalista Salvu Mallia f'intervent telefoniku li għamel fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista meta mistoqsi jikkummenta dwar l-aħħar żviluppi li seħħew fil-pajjiż b'rabta mal-allegazzjonijiet li saru u l-Pilatus Bank.

    Mallia għamel dan il-kumment iebes fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija, fejn saħansitra saħaq li hu kien jaf b'dak li kien qed jiġri izda baqa' passiv u ma aġixxiex mill-ewwel. 

    Hu sfida lill-Prim Ministru bix jiftaħlu libell għall-kummenti li għamel.