Bil-Filmat: Żviluppi kruċjali... "Intom qtilu lil bintkom?"

     

    Il-persuni li ħolqu dokumentarju ġdid dwar il-każ taċ-ċkejkna McCann qalu li skoprew żviluppi kruċjali dwar dan il-każ.

    Fl-Awstralja se jkun ed jixxandar dan id-dokumentarju li mistenni jispjega evidenza ġdida.

    Huma qalu li permezz tal-aħħar żviluppi jista’ jkun li dan il-każ jieħu żvolta ġdida bit-tama li jkun solvut.

    F’dan il-filmat qasir jidhru l-ġenituri taċ-ċkejkna huma u jwieġbu xi mistoqsijiet fosthom jekk kinux huma li qatlu lil binthom.

    Intqal li jekk il-persuni wara l-ħolqien ta’ dan id-dokumentarju għandhom evidenza “kredibbli” kellhom immedjatament jgħaddu din l-informazzjoni lill-pulizija.

     

    Aktar qabel: Il-pulizija li kienet għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-każ tal-għejbien taċ-ċkejkna McCann kienu mgħejjuna finanzjarjament sabiex itawwlu it-tfittxija b’sitt xhur oħra. Madwar €95,000 ingħataw sabiex ikunu jistgħu jiġu koperti l-ispejjeż tat-tfittxija bejn April u Settembru li ġej.

    Madeleine għebet mill-appartament tal-familja f’Mejju tal-2007 waqt li kienet fuq btala mal-familja tagħha fil-Portugal. Il-ġenituri tagħha Kate u Gerry McCann wegħdu li qatt mhu se jitilfu l-isperanza li xi darba għad isibu lil binthom.

    Wara ħafna tfittxija l-pulizija qalet li hemm persuna li kienet fiż-żona fejn l-appartament tal-familja li qed tkun maħsuba li tista’ tkun ta’ għajnuna fl-isvolġiment tal-każ. S’issa huwa kkalkluat li ntefqu madwar €12.5 miljun fl-operazzjonijiet tat-tfittxija għaċ-ċkejkna McCann.