Imut l-ex difensur internazzjonali Ingliż Ugo Ehiogu

    L-ex difensur internazzjonali Ingliż u ta' Aston Villa, Ugo Ehiogu, miet wara li sofra minn attakk tal-qalb waqt sessjoni ta' taħriġ fiċ-ċentru ta' Tottenham. 
    Ehiogu, li għandu 44 sena, kien il-coach tat-team Ta' Taħt it-23 sena, fejn irċieva attenzjoni medika fuq il-post qabel ma ttieħed l-isptar b'ambulanza.

    Fi stqarrija uffiċjali tal-club, Tottenham ikkonfermaw li Ehiogu miet fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa. 
    Ehiogu lagħab, f'200 partita għal Aston Villa bejn l-1991 u l-2000 u wara lagħab seba' snin ma' Middlesbrough.  Huwa rebaħ il-League Cup mal-Villa, fl-1996 u ma' Middlesbrough fl-2004. 

    Ehiogu lagħab ukoll ma' West Brom, Leeds, Rangers u Sheffield United qabel ma rtira fl-2009.