Hazard jiċħad li kellu argument ma' Mourinho

    Eden Hazard ċaħad li fil-jiem li għaddew fil-partita bejn Chelsea u Manchester United, kellu xi jgħid mal-coach tar-Red Devils José Mourinho.

    Anzi, huwa saħaq li għandu rispett kbir lejn dan il-coach u jqisu bħala wieħed mill-aqwa coaches fid-dinja fil-preżent.

    Huwa kompla li fiż-żmien li fih Mourinho kien imexxi lil Chelsea bħala coach dejjem kien hemm rispett reċiproku bejn dawn iż-żewġ persuni u jemmen li dan ir-rispett se jkompli jkun iktar evidenti matul iż-żmien li ġej.

    Hazard ikkonkluda billi qal li dejjem kellu s-sapport massimu mingħand Mourinho.