Liverpool mhumiex interessati f'Joe Hart

    Fost spekulazzjonijiet li Joe Hart seta' jingħaqad ma' Liverpool sa mill-istaġun li ġej, Jurgen Klopp ċaħad dawn ix-xnigħat b'mod kategoriku fejn hu qal li jinsab kuntent biż-żewġ goalkeepers tar-Reds Simon Mignolet u Loris Karius b'kull wieħed minn dawn iż-żewġ goalkeepers jissieltu għal post titulari mat-team minn Anfield.

    Kollox qed jindika li Joe Hart li jinsab b'self ma' Torino se jkun qed jiffirma mal-Granata b'mod permanenti hekk kif jidher li m'għandux futur ma' Manchester City.