David Alaba viċin li jingħaqad ma' Barcelona

    Id-difensur ta' Bayern Munich, David Alaba, qed jinteressa li matul is-sajf li ġej jingħaqad ma' Barcelona iktar milli Real Madrid.

    Alaba, rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa difensuri fid-dinja fil-preżent, kien fiċ-ċentru tad-diskussjoni bejn il-president ta' Real Madrid, Florentino Perez kif ukoll sidien ta' Bayern Munich meta dawn iltaqgħu qabel il-partita valida mil-UEFA ChampionsLeague.

    Madankollu, kollox qed jindika li David Alaba se jkun qed jingħaqad ma' Barcelona fil-ġimgħat li ġejjin.