Tottenham fit-taqtiegħa għall-firma ta' Michael Keane

    Tottenham Hotspur daħlu fit-taqtiegħa ma' Manchester United biex jakkwistaw lid-difensur internazzjonali Ingliż ta' Burnley, Michael Keane matul is-sajf li ġej.

    Ir-Red Devils jinsabu wkoll interessati fil-player ta' Spurs, Eric Dier. Dan tal-aħħar ilu jattira l-interess minn José Mourinho bl-abbiltà tiegħu li jopera kemm mid-difiża kif ukoll mill-midfield, għalkemm Mauricio Pochetino jinsab ħerqan li jżomm lil dan il-player dejjem jekk ma jirnexxielux jakkwista lil Michael Keane.

    Kemm Liverpool kif ukoll Everton urew interess f'Michael Keane, madankollu issa qed jidher li Tottenham Hotspur jinsabu fil-pole position biex jakkwistaw lil dan il-player.