Romelu Lukaku segwit minn AC Milan

    AC Milan huwa l-aħħar club li qed juri interess fl-attakkant Belġjan ta' Everton, Romelu Lukaku.

    Dan il-player bħalissa jinsab fil-quċċata tal-lista tal-aqwa scorers fl-Ingilterra b'24 goal u rrifjuta li jġedded il-kuntratt tieghu mat-Toffess fost interess fih ġej minn diversi clubs Ewropej.

    Manchester United,Chelsea, Bayern Munich u Real Madrid ilhom juru interess f'dan il-player iżda issa fit-tellieqa daħlu wkoll it-Taljani ta' AC Milan li jidhru li jinsabu f'qagħda finanzjarja tajba kemm ilhom li qed jiġu mmexxija minn konsorzju Ċiniż.