Zlatan jista' jmur jilgħab fil-kampjonat Amerikan

    It-team li jimmilita fl-MLS fl-Istati Uniti LA Galaxy jinsab lest li joffri salarju ta' £5 miljuni kull staġun lil Zlatan Ibrahomvic.

    L-istaġun il-ġdid tal-MLS jibda f'Marzu, 2018, u b'hekk La Galaxy qed jagħtuh ċans li jilgħab ma' Manchester United sa Frar tal-2018 qabel jingħaqad magħhom b'self sa tmiem l-istaġun.

    Jekk dan it-trasferiment jiġi mmaterjalizzat, Ibrahimovic ikun qed isir wieħed mill-aktar players imħallsin fl-MLS għalkemm xorta waħda jibqa' taħt il-playmaker ta' Orlando City, Kaka, kif ukoll taħt l-istilla ta' Toronto FC, Sebastian Giovinco.