West Ham f'kuntatt ma' Simone Inzaghi

    West Ham qed iħarsu lejn il-coach ta' Lazio, Simone Inzaghi, f'każ li Slaven Bilic jiddeċiedi li jitlaq lill-Hammers.

    Inzaghi ħa f'idejh it-tmexxija tal-Biancocelesti fis-sajf li għadda u mar tajjeb ferm aktar milli mistenni meta mexxa lil club sar-raba’ post fis-Serie A u fil-finali tal-Coppa Italia.

    West Ham huma preparati li joffru kuntratt ta' ħames snin lil coach Taljan.