Claudio Ranieri ser jieħu post Sampaoli?

    Claudio Ranieri huwa wieħed mill-kandidati li qed jiġu kkunsidrati bħala coach ta' Sevilla f'każ li Jorge Sampaoli jiddeċiedi li jieħu f'idejh it-tmexxija tal-Arġentina.

    Minkejja li Sampaoli ċaħad li kellu xi taħditiet mal-FA Arġentina wara li tkeċċa Edgardo Bauza, huwa xorta baqa’ l-kandidat favorit li jista' jieħu f'idejh it-tmexxija tas-“Selecion” fis-sajf li għadda.

    Sevilla huma sfurzati jfittxu sostitut f'każ li Sampaoli jitlaq u Ranieri jidher li huwa l-kandidat favorit li jista' jeħodlu postu.  Ranieri diġá ħadem fil-Liga Spanjola meta kien il-coach ta' Valencia u Atletico Madrid.