Suso jitlob €500,000 aktar f'kull staġun

    In-negozjati bejn AC Milan u Suso għat-tiġdid tal-kuntratt jinsabu weqfin wara li player qed jitlob €500,000 aktar kull staġun.

    Id-diriġent ta' qabel Adriano Galliani kien offra salarju ta' €2.5miljuni li ġie aċċettat mill-player Spanjol fi Frar li għadda. 

    Iżda issa Suso, li għandu 23 sena, qed jitlob €500,000 aktar f'kull staġun.