"Il-Prim Ministru għandu jwarrab, u jekk ma jagħmilx hekk id-Deputati tiegħu għandhom ineħħuh”

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-pajjiżna jinsab fi kriżi kostituzzjonali hekk kif il-Prim Ministru jinsab taħt inkjesta. “Din hija xi ħaġa li f’pajjiżna qatt ma ġrat. Għalhekk il-Prim Ministru għandu jwarrab, u jekk ma jagħmilx hekk id-Deputati tiegħu għandhom ineħħuh” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni waqt konferenza stampa dwar il-każ tal-Egrant.

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni tenna li l-filmat ta’ dawk iż-żewġ persuni ħerġin minn Pilatus Bank bil-bagalji hija xokkanti. Saħaq li għalhekk il-Pulizija issa ma jistgħux jinvestigaw b’mod tajjeb. “L-istitizzjonijiet f’pajjiżna jinsabu pparalizzati” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.