Roma u Inter interessati f'Oguzhan Ozyakup

    Roma u Inter qed juru interess fil-midfielder kreattiv ta' Besiktas, Oguzhan Ozyakup.

    Ozyakup, li għandu 24 sena, skorja goal f'25 logħba internazzjonali mat-Turkija u f'dan l-istaġun skorja erba' goals ma' Besiktas.

    Huwa twieled fl-Olanda u huwa prodott tal-akkademja ta' AZ Alkmaar u Arsenal qabel ma ngħaqad ma' Besiktas fl-2012.

    Besiktas huma lesti li jbiegħu lil Ozyakup minħabba li l-kuntratt jiskadilu f'Ġunju 2018.