Il-coach ta' Monaco Leonardo Jardim fil-mira ta' Inter?

    Il-coach ta' Monaco, Leonardo Jardim, qed jiġi kkunsidrat minn Inter bħala kandidat li jista’ jieħu post Stefano Pioli fl-istaġun li ġej.

    Jidher li Suning qed jikkunsidraw lil Antonio Conte ta' Chelsea u Diego Simeone ta' Atletico Madrid bħala l-aktar kandidati favoriti li jistgħu jieħdu f'idejhom it-tmexxija tal-club fl-istaġun li ġej.

    Taħt it-tmeixxja ta' Jardim, Monaco kkwalifikaw għas-semi-finali tal-UEFA Champions League.  Jardim, ta' 42 sena, diġá għandu konnessjoni ma' Inter minħabba li hu l-konsulent mhux uffiċjali ta' Kia Joorabchian.