Bil-filmat: "Frame up"

    "Frameup"

         - il-Prim Ministru Joseph Muscat

     

    Fil-konferenza stampa li għadu kif temm il-Prim Ministru Joseph Muscat spikkat id-dikjarazzjoni li hu għamilha diversi drabi li dak allegat fil-konfront tiegħu u ta' martu ma kien xejn għajr 'frame up'.

    Dr Muscat iddikjara li jiddispjaċih li qed isiru dawn l-akkużi infondati mimlijin gideb u appella għas-serenità tal-poplu.  Enfasizza li minkejja dak kollu li ġara se jibqa' trankwill u jibqa' pożittiv.  Ma naqasx li jsemmi kif hu kommoss bl-appoġġ kbir li rċieva minn eluf kbar ta' nies, saħanistra minn membri tal-Partit Nazzjonalista li ddisassoċjaw ruħhom minn dawn l-attakki.

    Semma' kif il-Partit Nazzjonalista ta' Simon Busuttil sa issa għażel li jitfa' t-tajn u ma jġibx provi. Hu ddikjara li Simon Busuttil qed jipprova jdendel lil martu u lil uliedu. Iddikjara b'mod ċar li hu bħala missier mhux lest li jħalli dan jiġri.