Pilatus Bank jiċħdu l-allegazzjonijiet

    Dwar l-aħħar żviluppi li seħħew fl-aħħar  sigħat il-Pilatus Bank wieġeb għall-allegazzjonijiet li saru, liema allegazzjonijiet kienu fil-konfront tal-Prim Ministru u martu Michelle. Iċ-Ċermen tal-bank spjega li hu kien qed jirritorna  minn Washington fl-Istati Uniti u dan peress li hu ibbażat hemm. 

    Il-Pilatus Bank, iddikjara b'mod mill-aktar ċar  li Hearnville, Tillgate u Egrant qatt ma kellhom kontijiet fil-bank.   L-istess bank ċaħad li dan qatt innegozja magħhom.

    L-istess bank ċaħad li għandu jew qatt kellu doumenti ta' Joseph Muscat jew ta' martu. Ma naqasx li jgħidli qatt ma saru tranżazzjonijiet minn jew lejn kont bankarju f'isem Michelle jew membri oħra tal-familja tagħha.