Imutu 30 partitarju ta’ Manchester United

    Waqt it-tieni leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Europa League bejn Manchester United u Anderlecht, 30 partitarju ta’ Manchester United mietu b'xokk elettriku fin-Niġerja.

    Din it-traġedja seħħet, fil-belt ta’ Calabar, meta cable kbir tad-dawl tqaċċat mill-pilastru tiegħu u waqa’ fuqhom waqt li kienu qed jaraw il-partita f’ċentru tal-football.

    Ir-Red Devils għandhom eluf ta’ segwaċi fin-Niġerja.