"Nibdluha jew nħalluha”... Il-Kandidati Franċiżi mhux kuntenti bis-sitwazzjoni fl-UE

    Marine Le Pen talbet lura l-poter mill-UE, filwaqt li qalet li trid trodd lura “ċ-ċwievet lill-Franċiżi”.

    Aktar kmieni Jean-Luc Melenchon qal li l-UE għandha tinbidel jew inkella Franza jkollha tħalliha.

    Le Pen u Emmanuel Macron s’issa huMa fost il-favoriti, iżda Francois Fillon u Melenchon jinsabu ukoll f’pass tajjeb mat-tnejn ta’ qabel.

    Le Pen tkellmet dwar il-ħruġ mill-UE sabiex tkun miksuba mill-ġdid il-kompetittività.

    Melenchon mistoqsi dwar jekk hijiex deċiżjoni tajba li Franza tħalli l-UE qal li “jew nibdluha hew nħalluha”.