FILMAT GRAFIKU: Kelb ilaqqat 60 tir ta' 'BB gun'... "L-agħar każ ta' moħqrija li qatt rajt!"

    F’dan il-filmat xokkanti jidher dan il-povru kelb tar-razza ‘English Mastiff’ li spiċċa kollu toqob f’diversi partijiet ta’ ġismu wara li xi ħadd spara lejh madwar 60 tir bil-‘BB gun’.

    Sidtu, Hayden Howard li tgħix fl-Indja qalet li għall-ewwel ħasbet li kienu gdim tal-insetti, iżda kienet ixxukjata kif innutat it-toqob li kellu l-kelb.

    Wara li ħaditu għand il-vet qalilha li l-kelb kellu diversi toqob. Il-vet irnexxielu jneħħi 20 balla mill-kelb, 20 oħra għadhom jinsabu fih u madwar 20 oħra huma maħsuba li ma rnexxielhomx jippenetraw fil-ġilda.

    F’dar tal-ġar tagħhom sabu li persuna bil-vizzju tad-droga kellha arma li jaf hija l-istess waħda li ntużat fuq il-kelb, b’hekk kien arrestat u l-arma ttieħdet f’laboratorju biex tkun tista’ ssir investigazzjoni.

    L-assistent kap tal-Dipartiment tal-pulizija f’Seymour saħaq jgħid li dan huwa l-agħar każ ta’ moħqrija li qatt ra u li jemmen li Tim Woodward kien taħt l-effett tad-drogi meta wettaq dan l-aġir krudili.