Giacinta u Francisco, l-aħwa ta' Fatima, se jkunu dikjarati qaddisin

    Iż-żewġt aħwa ta' Fatima, Francisco u Giacinta Marto, se jiġu dikjarati qaddisin waqt iż-żjara li l-Papa Franġisku se jkun qed jagħmel f'Fatima fit-12 u t-13 ta' Mejju fl-okkażjoni tal-100 sena mid-dehriet tal-Verġni Marija.

    L-aħwa mietu ftit snin wara d-dehriet mirakolużi tal-Madonna, meta Franġisku kellu 11-il sena u Giacinta 10 snin. Waqt iż-żjara tiegħu f'Fatima se jiġu dikjarati wkoll qaddisin 33 beatu mill-Brażil u l-Messiku li nqatlu minħabba l-promozzjoni tal-fidi.