Bir-ritratti: Taħseb li l-annimali għandhom emozzjonijiet? Jibqa' leali ħdejn sieħbu mejjet f'nofs ta' triq

    Issib min huwa xettiku dwar l-emozzjonijiet li jaf ikollhom l-annimali, b'mod speċjali l-klieb. Iżda dawn ir-ritratti żgur li jaslu biex ibiddlu l-fehma tiegħu.

    Dawn ir-ritratti juru l-mumenti ta' dieqa meta kelb baqa' ħdejn sieħbu wara li dan tal-aħħar intlaqat minn karozza. Shao Xiuqing, li qabad il-mument permezz f'dawn is-sensiela ta' ritratti nhar it-Tnejn li għadda f'Zheijang fiċ-Ċina, qal li l-kelb ipprova jqajjem fuq saqajh lil sieħbu sakemm irrealizza li kien miet. Iżda dan il-fatt ma qatax qalb il-kelb, li ddeċieda li jibqa' bil-qiegħda ħdejn sieħbu mejjet f'nofs ta' triq.

    Xiuqing qal li l-kelb beda jagħmel ħsejjes daqslikieku kien qed jibki t-telfa tal-ħabib tiegħu, u minn ħin għal ħin ipprova jċaqalqu minn nofs it-triq.

    Eventwalment sid il-kelb wasal fuq il-post u neħħa lill-kelb minn nofs it-triq, bil-kelb l-ieħor jakkumpanjah.