Bil-filmat: Tbissima li tiswa daqs mitqlu deheb … minkejja l-ħruxija tal-attakk terroristiku f'Aleppo tas-Sibt li għadda

    Filmat ta' tifla ċkejkna b'rasha nfaxxata wara li ndarbet f'attakk suwiċida fil-belt ta' Aleppo seraq il-qlub ta' bosta' Dan hekk kif minkejja l-ħruxija li esperjenzat, u minkejja l-uġigħ li ġarrbet ftit mumenti biss qabel, hija jirnexxielha tħares lejn il-kamera u titbissem.

    Nhar is-Sibt li għadda, terroristi possibbilment tal-ISIS, wettqu attakk fuq konvoj ta' refuġjati li kienu qed jistennew biex jaħarbu mill-belt maħkuma minn ġlied qalil.

    F'dan l-attakk inqatlu xejn inqas minn 120 persuna – b'nofshom ikunu tfal – u għexieren oħrajn sfaw midrubin mill-bċejjeċ tal-bomba. It-tifla fil-filmat kienet fost il-persuni li ndarbu f'dan l-attakk imdemmi.

    Il-filmat ixxandar mill-aġenzija Syrian Arab News Agency, u juri lit-tifla tiddewwa f'ambulanza. Għall-ewwel it-tifla tkun maħkuma minn xokk, madankollu wiċċha jinbidel fi tbissima hekk kif tilmaħ lill-kamera.