Il-pont tal-Kappara jibda jieħu l-forma

    Bix-xogħol fuq il-Proġett tal-Kappara miexi ġmielu, matul il-lejl li għadda wħud mit-travi tal-ħadid li se jkunu qed jagħmlu parti mill-pont u li se jitqiegħdu fuq il-kolonni tul il-flyover inġarru mill-Marsa sal-Kappara. Dawn it-travi nġiebu minn Spanja, u l-ġarr tagħhom mistenni li jkompli jiżvolġi sa nhar il-Ħadd li ġe bil-lejl.

    Fil-jiem li ġejjin sal-Ħadd li ġej, it-trejlers bit-travi tal-ħadid, se jkunu qed jitilqu minn Dock 7 fil-Marsa fit-8.00 p.m. u jgħaddu mill-istess rotta kuljum, jipġifieri minn Triq il-Labour, Triq Aldo Moro, mill-bypass tal-Marsa-Ħamrun, mill-mini ta' Santa Venera, Triq Reġjonali u Triq Mikien Anton Vassalli. Mal-wasla fil-Kappara, dawn it-travi ser jinħattu u jiġu wweldjati fil-post, għalhekk l-aċċess għall-Kappara mistenni jingħalaq bejn l-10.00 ta’ bilejl u s-6.00 ta’ filgħodu.