Bil-filmat: Isawwatha wara li taqbad lis-sieħba tiegħu fil-karozza tagħhom!

    Dan il-filmat xokkanti juri kif raġel iddeċieda li jaqbeż għas-sieħba tiegħu billi juża l-forza kontra martu.

    Kollox beda hekk kif martu rat lis-sieħba għaddejja bil-karozza tagħhom. Wara li din waqqfitha, is-sieħba ċemplet lir-raġel biex tgħidlu x’kien ġara. Mal-wasla tiegħu ftit tal-minuti wara r-raġel minflok talab skuża lil martu, iddeċieda li juża l-forza kontrieha fejn saħansitra ħabbtilha rasha mal-'bumper' ta’ karozza oħra.

    Il-pulizija kellha ssejjaħ għar-rinforzi sabiex tifred lill-koppja, iżda mhuwiex magħruf jekk xi ħadd minnhom kienx arrestat rigward vjolenza.

    Fit-tieni biċċa tal-filmat tidher is-sieħba li spiċċat ċirkondata mill-qraba tal-koppja.

    Dawk involuti ma kienux identifikati mill-midja Ċiniża.