"Ma jagħmilx sens li kumpanija b’servizzi fuq Ajruplani tirreklama b’mod ġenerali"

     Wara li ġie rappurtat li l-irċevuti mill-kumpanija sussidjarja tal-Partit Nazzjonalista media.link inħarġu f’isem Sky Gourmet Malta, kumpanija li tipprovdi servizzi ta’ ikel fuq l-Air Malta, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis meta mistoqsi fil-Parlament qal li ma jidhirlux li jagħmel sens li kumpanija simili tagħmel kampanja ta’ reklamar b’mod ġenerali. Mistoqsi mid-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis dwar kemm jagħmel sens li kumpaniji li toffrsi servizz ta’ ikel fuq l-ajruplani tirrekalmar b’mod ġenerali, il-Ministru Zammit Lewis qal li ‘d-deċiżjoni kummerċjali teħodhom il-kumpanija. Sakemm ma jkunx xi reklamar speċifiku, ma jagħmilx sens li tagħmel reklamar kummerċjali b’mod ġenerali. Għalija ma jagħmilx sens.’