690 ħaddiem li ressqu ilment ta’ inġustizzja fl-Air Malta

     Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis fi tweġiba Parlamentari qal li kien hemm 690 ħaddiem li ressqu ilmenti ta’ inġustizzji fl-Air Malta. Id-Deputat Nazzjonalista Censu Galea staqsa kemm jammonta bħala persentaġġ tal-ħaddiema dawn is-690 ilment, bil-Ministru Zammit Lewis jgħid li dawn l-ilmenti huma minn total ta’ ftit inqas minn 1,000 ħaddiem.