Jiġġarraf ajruplan fin-Nofsinhar tas-Sudan

    Skont l-ewwel rapporti kien jidher li l-passiġġieri abbord mietu kollha, iżda skont l-aħħar dettalji jidher li kulħadd salva.

    L-ajruplan iġġarraf fl-ajruport ta’ Wau għall-ħabta tat-3 p.m (ħin lokali).

    Il-Ministru Bona Gaudensio qal li “It-tim mediku assista lill-midrubin fuq il-post u l-ambulanzi kellhom jieħdu madwar 14-il pazjent l-isptar.”

    Skont l-istħarriġ li sar jidher li l-ajruplan iġġarraf hekk kif ġie biex jinżel wara vjaġġ minn Juba lejn Wau.