Bil-filmat: Serduk jew bniedem liebes kostum?

    Dan il-filmat juri s-serduk f’Kosovo li qed jiċċirkola b’ritmu mgħaġġel ħafna fuq il-midja soċjali. Is-serduk ħasad bosta persuni li rawh ħiereġ mill-gallinar. Dan wara li qed ikun ikkalkulat li dan is-serduk peress li hu enormi, pinġa stampa tat-tiġieġ li għandu miegħu bħala tiġieġ żgħar.

    Is-serduk qed ikun irrapurtat li jismu Merkali u ħafna huma dawk li baqgħu skantati bil-kobor tiegħu hekk kif ħasbu li dan kien xi filmat maħdum.

    “Kont naħlef li dak kien raġel liebes kostum ta’ serduk!” u “tgħidlix li dak mhux raġel liebes kostum?!” kienu fost il-kummenti li kitbu diversi persuni li raw dan il-filmat li qed ikun ikkalkulat li rawh ‘il fuq minn 70 miljun persuna.