Aġġornata: "Se ssir manutenzjoni fil-jiem li ġejjin"

    Wara li aktar kmieni Inewsmalta kitbet dwar il-bżonn ta' manutenzjoni fil-Ġnien Pubbliku ta' Pemroke, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke Kevin Borg għamel kuntatt magħna sabiex javżana dwar il-passi li se jittieħdu.

    F'kumment li ta lil Inewsmalta hu qal "Napprezzaw li meta n-nies jaraw affarijiet simili, jinfurmawna mmedjatament biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi li jkun hemm bżonn biex jitneħħa kull periklu u ssir il-manutenzjoni li jkun hemm bżonn minn min ikun responsabbli." 

    Huwa qal ma' Inewsmlata li ż-żamma u l-manutenzjoni ta' dan il-ġnien taqa' taħt il-'Malta Tourism Authority'. 

    Kompla biex jgħid li hu min-naħa tiegħu ġibdilhom l-attenzjoni u li fi tweġiba li tawh qalu li ż-żona indikata se tkun qed tingħalaq immedjatament sabiex issirilha l-manutenzjoni meħtieġa fil-jiem li ġejjin.