Bonnici: il-każ ta' Sky Gourmet jikxef il-falsità ta' Busuttil

     

    Il-Ministru Owen Bonnici iddeskriva l-istorja dwar l-invoices maħruġa milll-kumpanija media.link f'isem Sky Gourmet bħala konferma tal-falsita tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

    Huwa u jindirizza lill-ġurnalisti, Bonnici rrimarka kif l-Sky Gourmet tipprovdi l-ikel fuq it-titjiriet tal-Airmalta u għalhekk m'għandix bżonn reklami u ma kienx jinħtieġ li tagħmel reklami.

    Il-Ministru għall-Ġustizza, Kultura u Gvern Lokali żied li l-istorja tikkonferma wkoll li l-invoices li nħarġu kienu foloz u illegali u saru b'qerq u ħażin.

    Min-naħa tiegħu, id-deputat Laburista Clifton Grima sostna li dan l-iskandlu jibda u jispiċċa ma' Busuttil.

    Huwa sostna li f'dan il-każ kien hemm ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti u iddeskriva lill-Kap tal-PN bħala l-awtur ta' din l-iskema li saret biex l-istess partit idur mal-liġi.