Kasper Schmeichel ma' Manchester United?

    Il-player ta' Leicester City, Marc Albrighton, jinsab imħasseb li l-goalkeeper Daniż, Kasper Schmeichel, jista' jħallihom fi tmiem l-istaġun hekk kif qed jattira l-interess ta' diversi clubs Ewropej fosthom dak li miegħu tant kiseb suċċess missieru Peter, Manchester United.

    Albrighton iddeskriva lil Kasper Schmeichel bħala dak li għad ikun fost l-aqwa goalkeepers fl-Ewropa u għalhekk tkun tassew ħasra jekk il-Foxes jitilfu is-servizzi tiegħu.