Sam Allardyce jrid iżomm lil Wilfred Zaha

    Il-manager ta' Crystal Palace, Sam Allardyce, qed jipprova jipperswadi lid-diriġerti tat-team tiegħu biex iżommu lil Wilfried Zaha almenu għal staġun ieħor.

    Dan hekk kif dan il-manager għandu stima kbira lejn dan il-player waqt li jqisu fost l-aqwa attakkanti fl-Ingilterra waqt li kkomparah ma' Eden Hazard.

    Dan fost spekulazzjoni li Zaha jista' jħalli lil Crystal Palace biex jingħaqad ma' Tottenham Hotspur.