Antonio Conte se jġedded il-kuntratt ma' Chelsea

    Il-coach, Antonio Conte, se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu ma' Chelsea fejn il-Blues mistennija joffrulu kuntratt iktar attraenti bħala rikonoxximent għall-ewwel staġun stellari li kellu fit-tmexxija ta' Chelsea.

    Għadha ma ġiet rappurtata l-ebda somma li Chelsea se jkunu qed iħallsu lil dan il-coach bravu iżda huwa mistenni li jsir l-aktar coach imħallas fid-dinja.

    Intant, huwa mifhum li Conte se jkun qed jagħmel erba' akkwisti ġodda matul is-sajf li ġej.