Thomas Tuchel ma' Arsenal?

    Arsenal diġà għamlu kuntatt ma' Thomas Tuchel fit-tentattiv tagħhom li jsibu s-suċċessur denju tal-coach, Arsene Wenger, li mistenni jħalli lill-Gunners fi tmiem l-istaġun. Dan il-coach ta' Borussia  Dortmund jidher li jgawdi stima kbira mid-diriġenza tal-Gunners u qed jitqies bħala kandidat ewlieni biex jieħu t-tmexxija ta' Arsenal għall-istaġun li ġej.